Back to results

University of Malta

Kliem Ingliż f’kuntesti differenti : Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?

Abstract

dc:description.abstract

Sa minn qabel ma bdejt dan il-kors, l-istudju dwar il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti dejjem kien jinteressani. Id-diversi lekċers li kellna dwar il-Malti Kontemporanju kif ukoll dwar il-Malti Ingliż Imħallat dejjem ressquni qrib dan ix-xogħol, iżda kienu t-teżijiet ta’ Franklyn Baldacchino u Amy Calleja li għenuni nagħmel id-deċiżjoni tiegħi. Ix-xogħol ta’ Calleja jittratta primarjament il-fenomenu tal-qlib tal-kodiċi filwaqt li x-xogħol ta’ Baldacchino jitkellem dwar il-Malti Kontemporanju u Malti Ingliż Imħallat fuq xi programmi televiżivi. Wara li analizzajt b’reqqa t-teżi ta’ Baldacchino, jiena segwejt diversi programmi tar-radju, biex inkun nista’ nisma’ kliem mill-Ingliż li jingħadu waqt li l-preżentaturi jkunu qegħdin jitkellmu bil-Malti. Il-kliem li għażilt għandhom żewġ kuntesti biex b’hekk inkun nista’ nibni fuq dak li għamel Baldacchino. Minflok tajt sentenzi li għandhom frażijiet sħaħ bl-Ingliż, jien analizzajt sentenzi li fihom kelma waħda mill-Ingliż li tintuża f’żewġ kuntesti. B’hekk il-ġudizzju tal-parteċipanti seta’ jvarja bejn kuntest u ieħor, skont jekk jaħsbux li din il-kelma daħlitx fiż-żewġ kuntesti jew le. Permezz ta’ dan ix-xogħol jien m’iniex ngħid b’definitezza li dawn il-kliem daħlu fil-Malti jew le, iżda se niffoka fuq x’jaħsbu l-parteċipanti fuq dan il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti. Bl-ebda mod ma qiegħed niġġudika dak li qed jirrispondu għalih il-parteċipanti iżda l-interess primarju tiegħi huwa li nara kif qed tevolvi l-lingwa u kif dan il-kliem qed jinfiltra l-Malti. Minħabba li se nkun qed nanalizza diversi programmi tar-radju dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq it-taħdit u mhux il-kitba. Ukoll se nkun qed nanalizza l-kliem li jingħadu fil-programm permezz tal-kwestjonarju li se jitqassam lil diversi parteċipanti u r-riżultati se jiġu analizzati permezz tal-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, tal-età kif ukoll dak tal-livell tal-edukazzjoni. Minħabba li l-kwestjonarju se jkun qed jirrisponduh ammont kbir ta’ nies se jkolli nfiehem b’mod daqsxejn dettaljat xi jfissru t-termini ‘Malti Kontemporanju’ u ‘Malti Ingliż Imħallat’, dan sabiex kulħadd ikollu għarfien bażiku ta’ x’jikkonċerna dan ix-xogħol. Dan l-istudju għandu jħalli impatt fuq il-fatt kif il-parteċipanti jbiddlu l-ġudizzju tagħhom fil-konfront ta’ kelma abbażi tal-kuntest tagħha. Ukoll dan ix-xogħol se jqajjem għarfien dwar il-fatt li meta kelma Ingliża tinfiltra l-Malti, din il-kelma ġġorr magħha wkoll id-diversi tifsiriet li tħaddan. Huwa importanti għalija wkoll li nqajjem kuxjenza dwar il-fenomenu li d-dinja u l-komunita li ngħixu fihom kontinwament jinbidlu, u b’hekk tinbidel ukoll il-lingwa. Huwa ta’ importanza massima li l-lingwa Maltija tillivella ruħha għal dak li titlob minnha l-komunità iżda fl-istess ħin nagħmel appell għall-użu tal-Malti minn kull Malti u Għawdxi għax wara kollox il-lingwa tagħna hija teżor nazzjonali. B’dan ix-xogħol se nkun qed nolqot fergħa oħra tal-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti hekk kif nistieden lil studenti oħrajn biex jagħmlu l-istess.

Degree

thesis:*
Grantor dc:publisher.institution
University of Malta
Year dc:date.issued
2022

Subjects

dc:subject × 6

Rights

dc:rights
Statement dc:rights
  • info:eu-repo/semantics/restrictedAccess
Language dc:language.iso
mt

Identifiers

dc:identifier.*
Repository record dc:identifier.uri
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100115
OAI identifier oai:identifier
oai:www.um.edu.mt:123456789/100115

Chain of custody

source
Harvested from
University of Malta
Base URL
www.um.edu.mt/library/oar/oai/request
Last updated
2026-07-27
Source record
OAI-PMH GetRecord
citation

Kliem Ingliż f’kuntesti differenti : Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?. University of Malta, 2022. https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100115