{"id":{"repo_id":"malta","oai_identifier":"oai:www.um.edu.mt:123456789/100115"},"canonical_url":"https://search.dev.ndltd.org/etd/malta/oai:www.um.edu.mt:123456789/100115","repository":{"repo_id":"malta","name":"University of Malta","base_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar/oai/request"},"display":{"title":"Kliem Ingliż f’kuntesti differenti : Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?","abstract":"Sa minn qabel ma bdejt dan il-kors, l-istudju dwar il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti dejjem kien jinteressani. Id-diversi lekċers li kellna dwar il-Malti Kontemporanju kif ukoll dwar il-Malti Ingliż Imħallat dejjem ressquni qrib dan ix-xogħol, iżda kienu t-teżijiet ta’ Franklyn Baldacchino u Amy Calleja li għenuni nagħmel id-deċiżjoni tiegħi. Ix-xogħol ta’ Calleja jittratta primarjament il-fenomenu tal-qlib tal-kodiċi filwaqt li x-xogħol ta’ Baldacchino jitkellem dwar il-Malti Kontemporanju u Malti Ingliż Imħallat fuq xi programmi televiżivi. Wara li analizzajt b’reqqa t-teżi ta’ Baldacchino, jiena segwejt diversi programmi tar-radju, biex inkun nista’ nisma’ kliem mill-Ingliż li jingħadu waqt li l-preżentaturi jkunu qegħdin jitkellmu bil-Malti. Il-kliem li għażilt għandhom żewġ kuntesti biex b’hekk inkun nista’ nibni fuq dak li għamel Baldacchino. Minflok tajt sentenzi li għandhom frażijiet sħaħ bl-Ingliż, jien analizzajt sentenzi li fihom kelma waħda mill-Ingliż li tintuża f’żewġ kuntesti. B’hekk il-ġudizzju tal-parteċipanti seta’ jvarja bejn kuntest u ieħor, skont jekk jaħsbux li din il-kelma daħlitx fiż-żewġ kuntesti jew le. Permezz ta’ dan ix-xogħol jien m’iniex ngħid b’definitezza li dawn il-kliem daħlu fil-Malti jew le, iżda se niffoka fuq x’jaħsbu l-parteċipanti fuq dan il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti. Bl-ebda mod ma qiegħed niġġudika dak li qed jirrispondu għalih il-parteċipanti iżda l-interess primarju tiegħi huwa li nara kif qed tevolvi l-lingwa u kif dan il-kliem qed jinfiltra l-Malti. Minħabba li se nkun qed nanalizza diversi programmi tar-radju dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq it-taħdit u mhux il-kitba. Ukoll se nkun qed nanalizza l-kliem li jingħadu fil-programm permezz tal-kwestjonarju li se jitqassam lil diversi parteċipanti u r-riżultati se jiġu analizzati permezz tal-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, tal-età kif ukoll dak tal-livell tal-edukazzjoni. Minħabba li l-kwestjonarju se jkun qed jirrisponduh ammont kbir ta’ nies se jkolli nfiehem b’mod daqsxejn dettaljat xi jfissru t-termini ‘Malti Kontemporanju’ u ‘Malti Ingliż Imħallat’, dan sabiex kulħadd ikollu għarfien bażiku ta’ x’jikkonċerna dan ix-xogħol. Dan l-istudju għandu jħalli impatt fuq il-fatt kif il-parteċipanti jbiddlu l-ġudizzju tagħhom fil-konfront ta’ kelma abbażi tal-kuntest tagħha. Ukoll dan ix-xogħol se jqajjem għarfien dwar il-fatt li meta kelma Ingliża tinfiltra l-Malti, din il-kelma ġġorr magħha wkoll id-diversi tifsiriet li tħaddan. Huwa importanti għalija wkoll li nqajjem kuxjenza dwar il-fenomenu li d-dinja u l-komunita li ngħixu fihom kontinwament jinbidlu, u b’hekk tinbidel ukoll il-lingwa. Huwa ta’ importanza massima li l-lingwa Maltija tillivella ruħha għal dak li titlob minnha l-komunità iżda fl-istess ħin nagħmel appell għall-użu tal-Malti minn kull Malti u Għawdxi għax wara kollox il-lingwa tagħna hija teżor nazzjonali. B’dan ix-xogħol se nkun qed nolqot fergħa oħra tal-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti hekk kif nistieden lil studenti oħrajn biex jagħmlu l-istess.","abstract_html":"Sa minn qabel ma bdejt dan il-kors, l-istudju dwar il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti dejjem kien jinteressani. Id-diversi lekċers li kellna dwar il-Malti Kontemporanju kif ukoll dwar il-Malti Ingliż Imħallat dejjem ressquni qrib dan ix-xogħol, iżda kienu t-teżijiet ta’ Franklyn Baldacchino u Amy Calleja li għenuni nagħmel id-deċiżjoni tiegħi. Ix-xogħol ta’ Calleja jittratta primarjament il-fenomenu tal-qlib tal-kodiċi filwaqt li x-xogħol ta’ Baldacchino jitkellem dwar il-Malti Kontemporanju u Malti Ingliż Imħallat fuq xi programmi televiżivi. Wara li analizzajt b’reqqa t-teżi ta’ Baldacchino, jiena segwejt diversi programmi tar-radju, biex inkun nista’ nisma’ kliem mill-Ingliż li jingħadu waqt li l-preżentaturi jkunu qegħdin jitkellmu bil-Malti. Il-kliem li għażilt għandhom żewġ kuntesti biex b’hekk inkun nista’ nibni fuq dak li għamel Baldacchino. Minflok tajt sentenzi li għandhom frażijiet sħaħ bl-Ingliż, jien analizzajt sentenzi li fihom kelma waħda mill-Ingliż li tintuża f’żewġ kuntesti. B’hekk il-ġudizzju tal-parteċipanti seta’ jvarja bejn kuntest u ieħor, skont jekk jaħsbux li din il-kelma daħlitx fiż-żewġ kuntesti jew le. Permezz ta’ dan ix-xogħol jien m’iniex ngħid b’definitezza li dawn il-kliem daħlu fil-Malti jew le, iżda se niffoka fuq x’jaħsbu l-parteċipanti fuq dan il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti. Bl-ebda mod ma qiegħed niġġudika dak li qed jirrispondu għalih il-parteċipanti iżda l-interess primarju tiegħi huwa li nara kif qed tevolvi l-lingwa u kif dan il-kliem qed jinfiltra l-Malti. Minħabba li se nkun qed nanalizza diversi programmi tar-radju dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq it-taħdit u mhux il-kitba. Ukoll se nkun qed nanalizza l-kliem li jingħadu fil-programm permezz tal-kwestjonarju li se jitqassam lil diversi parteċipanti u r-riżultati se jiġu analizzati permezz tal-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, tal-età kif ukoll dak tal-livell tal-edukazzjoni. Minħabba li l-kwestjonarju se jkun qed jirrisponduh ammont kbir ta’ nies se jkolli nfiehem b’mod daqsxejn dettaljat xi jfissru t-termini ‘Malti Kontemporanju’ u ‘Malti Ingliż Imħallat’, dan sabiex kulħadd ikollu għarfien bażiku ta’ x’jikkonċerna dan ix-xogħol. Dan l-istudju għandu jħalli impatt fuq il-fatt kif il-parteċipanti jbiddlu l-ġudizzju tagħhom fil-konfront ta’ kelma abbażi tal-kuntest tagħha. Ukoll dan ix-xogħol se jqajjem għarfien dwar il-fatt li meta kelma Ingliża tinfiltra l-Malti, din il-kelma ġġorr magħha wkoll id-diversi tifsiriet li tħaddan. Huwa importanti għalija wkoll li nqajjem kuxjenza dwar il-fenomenu li d-dinja u l-komunita li ngħixu fihom kontinwament jinbidlu, u b’hekk tinbidel ukoll il-lingwa. Huwa ta’ importanza massima li l-lingwa Maltija tillivella ruħha għal dak li titlob minnha l-komunità iżda fl-istess ħin nagħmel appell għall-użu tal-Malti minn kull Malti u Għawdxi għax wara kollox il-lingwa tagħna hija teżor nazzjonali. B’dan ix-xogħol se nkun qed nolqot fergħa oħra tal-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti hekk kif nistieden lil studenti oħrajn biex jagħmlu l-istess.","abstract_has_math":false,"creators":[],"institution":"University of Malta","degree_name":null,"degree_level":null,"degree_discipline":null,"degree_department":null,"school":null,"contributors":[],"advisors":[],"committee_chairs":[],"committee_members":[],"year":2022,"date_issued":"2022","date_published":"2022","updated_at":"2026-07-27T20:11:32Z","subjects":["Bilingualism -- Malta","Code switching (Linguistics) -- Malta","Maltese language -- Foreign elements -- English","Interference (Linguistics)","Maltese language -- Variation","Sociolinguistics -- Malta"],"languages":["mt"],"rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"rights_urls":[],"identifier_entries":[]},"links":{"outbound_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100115","outbound_label":"Repository record","outbound_source":"dc:identifier.uri"},"metadata_groups":[{"id":"academic_context","label":"Academic Context","entries":[{"key":"dc:date.accessioned","label":"Dc Date Accessioned","values":["2022-07-29T09:14:04Z"]},{"key":"dc:date.available","label":"Dc Date Available","values":["2022-07-29T09:14:04Z"]},{"key":"dc:date.issued","label":"Date","values":["2022"]},{"key":"dc:publisher.department","label":"Dc Publisher Department","values":["Faculty of Arts. Department of Maltese"]},{"key":"dc:publisher.institution","label":"Dc Publisher Institution","values":["University of Malta"]},{"key":"dc:type","label":"Dc Type","values":["bachelorThesis"]}]},{"id":"subjects_keywords","label":"Subjects and Keywords","entries":[{"key":"dc:subject","label":"Dc Subject","values":["Bilingualism -- Malta","Code switching (Linguistics) -- Malta","Maltese language -- Foreign elements -- English","Interference (Linguistics)","Maltese language -- Variation","Sociolinguistics -- Malta"]}]},{"id":"language_rights","label":"Language and Rights","entries":[{"key":"dc:language.iso","label":"Language (ISO)","values":["mt"]},{"key":"dc:rights","label":"Dc Rights","values":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"]}]},{"id":"identifiers","label":"Identifiers","entries":[{"key":"dc:identifier.uri","label":"Identifier URI","values":["https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100115"]}]},{"id":"additional","label":"Additional Metadata","entries":[{"key":"dc:description","label":"Description","values":["B.A. (Hons)(Melit.)"]},{"key":"dc:description.abstract","label":"Abstract","values":["Sa minn qabel ma bdejt dan il-kors, l-istudju dwar il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti dejjem kien jinteressani. Id-diversi lekċers li kellna dwar il-Malti Kontemporanju kif ukoll dwar il-Malti Ingliż Imħallat dejjem ressquni qrib dan ix-xogħol, iżda kienu t-teżijiet ta’ Franklyn Baldacchino u Amy Calleja li għenuni nagħmel id-deċiżjoni tiegħi. Ix-xogħol ta’ Calleja jittratta primarjament il-fenomenu tal-qlib tal-kodiċi filwaqt li x-xogħol ta’ Baldacchino jitkellem dwar il-Malti Kontemporanju u Malti Ingliż Imħallat fuq xi programmi televiżivi. Wara li analizzajt b’reqqa t-teżi ta’ Baldacchino, jiena segwejt diversi programmi tar-radju, biex inkun nista’ nisma’ kliem mill-Ingliż li jingħadu waqt li l-preżentaturi jkunu qegħdin jitkellmu bil-Malti. Il-kliem li għażilt għandhom żewġ kuntesti biex b’hekk inkun nista’ nibni fuq dak li għamel Baldacchino. Minflok tajt sentenzi li għandhom frażijiet sħaħ bl-Ingliż, jien analizzajt sentenzi li fihom kelma waħda mill-Ingliż li tintuża f’żewġ kuntesti. B’hekk il-ġudizzju tal-parteċipanti seta’ jvarja bejn kuntest u ieħor, skont jekk jaħsbux li din il-kelma daħlitx fiż-żewġ kuntesti jew le. Permezz ta’ dan ix-xogħol jien m’iniex ngħid b’definitezza li dawn il-kliem daħlu fil-Malti jew le, iżda se niffoka fuq x’jaħsbu l-parteċipanti fuq dan il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti. Bl-ebda mod ma qiegħed niġġudika dak li qed jirrispondu għalih il-parteċipanti iżda l-interess primarju tiegħi huwa li nara kif qed tevolvi l-lingwa u kif dan il-kliem qed jinfiltra l-Malti. Minħabba li se nkun qed nanalizza diversi programmi tar-radju dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq it-taħdit u mhux il-kitba. Ukoll se nkun qed nanalizza l-kliem li jingħadu fil-programm permezz tal-kwestjonarju li se jitqassam lil diversi parteċipanti u r-riżultati se jiġu analizzati permezz tal-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, tal-età kif ukoll dak tal-livell tal-edukazzjoni. Minħabba li l-kwestjonarju se jkun qed jirrisponduh ammont kbir ta’ nies se jkolli nfiehem b’mod daqsxejn dettaljat xi jfissru t-termini ‘Malti Kontemporanju’ u ‘Malti Ingliż Imħallat’, dan sabiex kulħadd ikollu għarfien bażiku ta’ x’jikkonċerna dan ix-xogħol. Dan l-istudju għandu jħalli impatt fuq il-fatt kif il-parteċipanti jbiddlu l-ġudizzju tagħhom fil-konfront ta’ kelma abbażi tal-kuntest tagħha. Ukoll dan ix-xogħol se jqajjem għarfien dwar il-fatt li meta kelma Ingliża tinfiltra l-Malti, din il-kelma ġġorr magħha wkoll id-diversi tifsiriet li tħaddan. Huwa importanti għalija wkoll li nqajjem kuxjenza dwar il-fenomenu li d-dinja u l-komunita li ngħixu fihom kontinwament jinbidlu, u b’hekk tinbidel ukoll il-lingwa. Huwa ta’ importanza massima li l-lingwa Maltija tillivella ruħha għal dak li titlob minnha l-komunità iżda fl-istess ħin nagħmel appell għall-użu tal-Malti minn kull Malti u Għawdxi għax wara kollox il-lingwa tagħna hija teżor nazzjonali. B’dan ix-xogħol se nkun qed nolqot fergħa oħra tal-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti hekk kif nistieden lil studenti oħrajn biex jagħmlu l-istess."]},{"key":"dc:title","label":"Title","values":["Kliem Ingliż f’kuntesti differenti : Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?"]}]}],"canonical_facts":{"dc:date.accessioned":["2022-07-29T09:14:04Z"],"dc:date.available":["2022-07-29T09:14:04Z"],"dc:date.issued":["2022"],"dc:description":["B.A. (Hons)(Melit.)"],"dc:description.abstract":["Sa minn qabel ma bdejt dan il-kors, l-istudju dwar il-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti dejjem kien jinteressani. Id-diversi lekċers li kellna dwar il-Malti Kontemporanju kif ukoll dwar il-Malti Ingliż Imħallat dejjem ressquni qrib dan ix-xogħol, iżda kienu t-teżijiet ta’ Franklyn Baldacchino u Amy Calleja li għenuni nagħmel id-deċiżjoni tiegħi. Ix-xogħol ta’ Calleja jittratta primarjament il-fenomenu tal-qlib tal-kodiċi filwaqt li x-xogħol ta’ Baldacchino jitkellem dwar il-Malti Kontemporanju u Malti Ingliż Imħallat fuq xi programmi televiżivi. Wara li analizzajt b’reqqa t-teżi ta’ Baldacchino, jiena segwejt diversi programmi tar-radju, biex inkun nista’ nisma’ kliem mill-Ingliż li jingħadu waqt li l-preżentaturi jkunu qegħdin jitkellmu bil-Malti. Il-kliem li għażilt għandhom żewġ kuntesti biex b’hekk inkun nista’ nibni fuq dak li għamel Baldacchino. Minflok tajt sentenzi li għandhom frażijiet sħaħ bl-Ingliż, jien analizzajt sentenzi li fihom kelma waħda mill-Ingliż li tintuża f’żewġ kuntesti. B’hekk il-ġudizzju tal-parteċipanti seta’ jvarja bejn kuntest u ieħor, skont jekk jaħsbux li din il-kelma daħlitx fiż-żewġ kuntesti jew le. Permezz ta’ dan ix-xogħol jien m’iniex ngħid b’definitezza li dawn il-kliem daħlu fil-Malti jew le, iżda se niffoka fuq x’jaħsbu l-parteċipanti fuq dan il-kliem Ingliż li dieħel fil-Malti. Bl-ebda mod ma qiegħed niġġudika dak li qed jirrispondu għalih il-parteċipanti iżda l-interess primarju tiegħi huwa li nara kif qed tevolvi l-lingwa u kif dan il-kliem qed jinfiltra l-Malti. Minħabba li se nkun qed nanalizza diversi programmi tar-radju dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq it-taħdit u mhux il-kitba. Ukoll se nkun qed nanalizza l-kliem li jingħadu fil-programm permezz tal-kwestjonarju li se jitqassam lil diversi parteċipanti u r-riżultati se jiġu analizzati permezz tal-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, tal-età kif ukoll dak tal-livell tal-edukazzjoni. Minħabba li l-kwestjonarju se jkun qed jirrisponduh ammont kbir ta’ nies se jkolli nfiehem b’mod daqsxejn dettaljat xi jfissru t-termini ‘Malti Kontemporanju’ u ‘Malti Ingliż Imħallat’, dan sabiex kulħadd ikollu għarfien bażiku ta’ x’jikkonċerna dan ix-xogħol. Dan l-istudju għandu jħalli impatt fuq il-fatt kif il-parteċipanti jbiddlu l-ġudizzju tagħhom fil-konfront ta’ kelma abbażi tal-kuntest tagħha. Ukoll dan ix-xogħol se jqajjem għarfien dwar il-fatt li meta kelma Ingliża tinfiltra l-Malti, din il-kelma ġġorr magħha wkoll id-diversi tifsiriet li tħaddan. Huwa importanti għalija wkoll li nqajjem kuxjenza dwar il-fenomenu li d-dinja u l-komunita li ngħixu fihom kontinwament jinbidlu, u b’hekk tinbidel ukoll il-lingwa. Huwa ta’ importanza massima li l-lingwa Maltija tillivella ruħha għal dak li titlob minnha l-komunità iżda fl-istess ħin nagħmel appell għall-użu tal-Malti minn kull Malti u Għawdxi għax wara kollox il-lingwa tagħna hija teżor nazzjonali. B’dan ix-xogħol se nkun qed nolqot fergħa oħra tal-kuntatt tal-Ingliż mal-Malti hekk kif nistieden lil studenti oħrajn biex jagħmlu l-istess."],"dc:identifier.uri":["https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100115"],"dc:language.iso":["mt"],"dc:publisher.department":["Faculty of Arts. Department of Maltese"],"dc:publisher.institution":["University of Malta"],"dc:rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"dc:subject":["Bilingualism -- Malta","Code switching (Linguistics) -- Malta","Maltese language -- Foreign elements -- English","Interference (Linguistics)","Maltese language -- Variation","Sociolinguistics -- Malta"],"dc:title":["Kliem Ingliż f’kuntesti differenti : Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?"],"dc:type":["bachelorThesis"]},"updated_at":"2026-07-27T20:11:32Z"}