{"id":{"repo_id":"malta","oai_identifier":"oai:www.um.edu.mt:123456789/29919"},"canonical_url":"https://search.dev.ndltd.org/etd/malta/oai:www.um.edu.mt:123456789/29919","repository":{"repo_id":"malta","name":"University of Malta","base_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar/oai/request"},"display":{"title":"Ir-rappreżentazzjoni tas-sess f’Jutta Heim ta’ Immanuel Mifsud","abstract":"Din it-teżina tistħarreġ il-modi differenti kif jintwera s-sess fir-rumanz Jutta Heim, l-istrateġiji letterarji li jħaddem Immanuel Mifsud u l-effetti tagħhom. L-ossessjoni bis-sess li għandu l-protagonist, Erik Xerri, tiġi trażmessa permezz ta’ dawn l-għodod differenti. Fl-ewwel kapitlu tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar it-tema tas-sess fil-letteratura Maltija, lejn x’qalu l-estetisti Maltin li fil-qalba tad-diskors tagħhom iffokaw fuq il-ħażen u l-immoralità, fil-konfini tat-tradizzjoni u l-preċetti tar-reliġjon Kattolika. Il-kapitlu jistħarreġ studju ta’ Oliver Friggieri fuq kif kitbu l-poeti Romantiċi u Moderni, fosthom Mario Azzopardi, Dun Karm, Rużar Briffa, Victor Fenech, u Joe Friggieri. Il-poeti nisa ma jissemmewx. Minbarra l-istudju “Attitudnijiet Sesswali fil- Poeżija Maltija” ta’ Oliver Friggieri, tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb fil-proża fiżżewġ teżijiet tal-B.A (Unuri), “Is-Sess u l-Assenza Tiegħu fil-Proża Maltija” ta’ Melanie Schembri u “Is-Sesswalità fil-Proża Maltija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin” ta’ Jeanelle Azzopardi, li jittrattaw il-perjodu Romantiku, Modern u Kontemporanju. Peress li f’din it-teżi se nistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz ta’ Mifsud għaliex is-sess u l-ġisem ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, ħassejt li f’dan ilkapitlu kien xieraq li nagħti rendikont ta’ dak li qal Immanuel Mifsud fl-introduzzjoni tat-teżi tiegħu tad-dottorat, “Studju Dwar il-Ġisem u Xbihat Korporali fil-Poeżija Maltija.” Għażilt li niffoka fuq l-introduzzjoni għaliex tiġbor fiha r-riflessjonijiet ewlenin dwar dak li ntqal fuq il-ġisem. Il-kumplament tax-xogħol ta’ Mifsud niddiskutih filkapitli ta’ wara għaliex inħoss li hu iktar utli nuża l-informazzjoni li sibt f’din it-teżi biex insaħħaħ jew nibni argumenti fil-kapitli l-oħra. Barra minn hekk, iddedikajt taqsima dwar it-teżi ta’ Beverly Agius, “Id-Distakk fl-Intimità: il-Lirika ta’ Immanuel Mifsud,” u għażilt din it-teżi proprju għax tiddiskuti l-figura enigmatika tal-maħbuba li nħoss illi hija relevanti ħafna għal dak li jidher f’Jutta Heim u fil-figura illużiva tagħha stess, avolja Agius tittratta l-poeżija u tuża t-teoriji psikanalitiċi ta’ Sigmund Freud u Carl Jung. Minkejja li nkitbu ħafna xogħlijiet oħra dwar in-narrattiva ta’ Immanuel Mifsud ma stajtx niddiskutihom kollha għaliex it-tul ta’ din it-teżi ma jippermettix iżda l-ideat relevanti li sibt f’teżijiet oħrajn u li b’xi mod daħlu f’ideat li tkellimt dwarhom f’kapitli oħra rreferejt għalihom. It-tieni kapitlu ta’ din it-teżi jittratta r-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz Jutta Heim u fih jidhru l-perspettivi tal-protagonist Erik Xerri dwar x’inhu sabiħ u x’inhu ikrah. Is-sorsi primarji teoretiċi li ntużaw f’dan il-kapitlu kienu l-kotba ta’ Umberto Eco, On Beauty: A History of a Western Idea u On Ugliness, u t-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud li għenu biex inbnew argumenti, affermaw jew elaboraw argumenti li diġà kont stabilixxejt. Apparti t-trattament tal-ġisem sabiħ u l-ġisem ikrah, f’dan ilkapitlu ddedikajt taqsima lill-ġisem li jidher bħala identità jew mingħajr identità, u li lqrubija bejn żewġ karattri tidher li hija fiżika biss. It-tielet kapitlu jistħarreġ il-mument tas-sess, reali jew mixtieq, u l-atti talmasturbazzjoni. Barra minn hekk, hemm taqsima li tittratta l-perspettiva maskilista talprotagonist u oħra li tittratta l-waqgħa u l-falliment tiegħu. Għal dan il-kapitlu ntużaw teoriji multidixxiplinari għax suġġett wiesa’ bħalma hu s-sess, ma naħsibx li jista’ jiġi ttrattat minn perspettiva waħda. Fost it-teoriji li ntużaw, hemm dik femminista, b’mod speċjali The Second Sex ta’ Simone de Beauvoir u Sexual Politics ta’ Kate Millett, u xi artikli ta’ femministi oħra. Użajt ukoll żewġ kotba dwar il-psikoloġija tas-sesswalità, Human Sexuality Today ta’ Bruce M. King u The Psychology of Human Sexuality ta’ Justin J. Lehmiller. Madankollu jien ma dħaltx f’dettall meta ħadt miż-żewġ kotba tal-psikoloġija tas-sesswalità għax xi drabi ħassejt li iktar taw rendikont bijoloġiku. Nemmen illi l-karattru tal-protagonist jista’ jiġi studjat minn perspettivi oħrajn, kemm psikoloġiċi, kif ukoll filosofiċi, u dawn is-suġġerimenti se nagħmilhom fil-konklużjoni. F’dan il-kapitlu wkoll użajt it-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud, u ħadt minn taħdita mhux ppubblikata ta’ Joseph Vella. Fl-appendiċi hemm intervista li saret bil-miktub ma’ Immanuel Mifsud, fil-fażi meta x-xogħol tat-teżi beda jiffinalizza ruħu u dan sar biex il-perspettivi tal-awtur ma jkollhomx impatt ikbar milli hemm bżonn fuq il-qari kritiku tiegħi ta’ Jutta Heim. Ilmistoqsijiet kienu kemm ġenerali, kif ukoll speċifiċi u xi wħud mit-tweġibiet interessanti ħafna t’Immanuel Mifsud intużaw kemm fit-tieni, kif ukoll fit-tielet kapitlu.","abstract_html":"Din it-teżina tistħarreġ il-modi differenti kif jintwera s-sess fir-rumanz Jutta Heim, l-istrateġiji letterarji li jħaddem Immanuel Mifsud u l-effetti tagħhom. L-ossessjoni bis-sess li għandu l-protagonist, Erik Xerri, tiġi trażmessa permezz ta’ dawn l-għodod differenti. Fl-ewwel kapitlu tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar it-tema tas-sess fil-letteratura Maltija, lejn x’qalu l-estetisti Maltin li fil-qalba tad-diskors tagħhom iffokaw fuq il-ħażen u l-immoralità, fil-konfini tat-tradizzjoni u l-preċetti tar-reliġjon Kattolika. Il-kapitlu jistħarreġ studju ta’ Oliver Friggieri fuq kif kitbu l-poeti Romantiċi u Moderni, fosthom Mario Azzopardi, Dun Karm, Rużar Briffa, Victor Fenech, u Joe Friggieri. Il-poeti nisa ma jissemmewx. Minbarra l-istudju “Attitudnijiet Sesswali fil- Poeżija Maltija” ta’ Oliver Friggieri, tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb fil-proża fiżżewġ teżijiet tal-B.A (Unuri), “Is-Sess u l-Assenza Tiegħu fil-Proża Maltija” ta’ Melanie Schembri u “Is-Sesswalità fil-Proża Maltija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin” ta’ Jeanelle Azzopardi, li jittrattaw il-perjodu Romantiku, Modern u Kontemporanju. Peress li f’din it-teżi se nistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz ta’ Mifsud għaliex is-sess u l-ġisem ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, ħassejt li f’dan ilkapitlu kien xieraq li nagħti rendikont ta’ dak li qal Immanuel Mifsud fl-introduzzjoni tat-teżi tiegħu tad-dottorat, “Studju Dwar il-Ġisem u Xbihat Korporali fil-Poeżija Maltija.” Għażilt li niffoka fuq l-introduzzjoni għaliex tiġbor fiha r-riflessjonijiet ewlenin dwar dak li ntqal fuq il-ġisem. Il-kumplament tax-xogħol ta’ Mifsud niddiskutih filkapitli ta’ wara għaliex inħoss li hu iktar utli nuża l-informazzjoni li sibt f’din it-teżi biex insaħħaħ jew nibni argumenti fil-kapitli l-oħra. Barra minn hekk, iddedikajt taqsima dwar it-teżi ta’ Beverly Agius, “Id-Distakk fl-Intimità: il-Lirika ta’ Immanuel Mifsud,” u għażilt din it-teżi proprju għax tiddiskuti l-figura enigmatika tal-maħbuba li nħoss illi hija relevanti ħafna għal dak li jidher f’Jutta Heim u fil-figura illużiva tagħha stess, avolja Agius tittratta l-poeżija u tuża t-teoriji psikanalitiċi ta’ Sigmund Freud u Carl Jung. Minkejja li nkitbu ħafna xogħlijiet oħra dwar in-narrattiva ta’ Immanuel Mifsud ma stajtx niddiskutihom kollha għaliex it-tul ta’ din it-teżi ma jippermettix iżda l-ideat relevanti li sibt f’teżijiet oħrajn u li b’xi mod daħlu f’ideat li tkellimt dwarhom f’kapitli oħra rreferejt għalihom. It-tieni kapitlu ta’ din it-teżi jittratta r-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz Jutta Heim u fih jidhru l-perspettivi tal-protagonist Erik Xerri dwar x’inhu sabiħ u x’inhu ikrah. Is-sorsi primarji teoretiċi li ntużaw f’dan il-kapitlu kienu l-kotba ta’ Umberto Eco, On Beauty: A History of a Western Idea u On Ugliness, u t-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud li għenu biex inbnew argumenti, affermaw jew elaboraw argumenti li diġà kont stabilixxejt. Apparti t-trattament tal-ġisem sabiħ u l-ġisem ikrah, f’dan ilkapitlu ddedikajt taqsima lill-ġisem li jidher bħala identità jew mingħajr identità, u li lqrubija bejn żewġ karattri tidher li hija fiżika biss. It-tielet kapitlu jistħarreġ il-mument tas-sess, reali jew mixtieq, u l-atti talmasturbazzjoni. Barra minn hekk, hemm taqsima li tittratta l-perspettiva maskilista talprotagonist u oħra li tittratta l-waqgħa u l-falliment tiegħu. Għal dan il-kapitlu ntużaw teoriji multidixxiplinari għax suġġett wiesa’ bħalma hu s-sess, ma naħsibx li jista’ jiġi ttrattat minn perspettiva waħda. Fost it-teoriji li ntużaw, hemm dik femminista, b’mod speċjali The Second Sex ta’ Simone de Beauvoir u Sexual Politics ta’ Kate Millett, u xi artikli ta’ femministi oħra. Użajt ukoll żewġ kotba dwar il-psikoloġija tas-sesswalità, Human Sexuality Today ta’ Bruce M. King u The Psychology of Human Sexuality ta’ Justin J. Lehmiller. Madankollu jien ma dħaltx f’dettall meta ħadt miż-żewġ kotba tal-psikoloġija tas-sesswalità għax xi drabi ħassejt li iktar taw rendikont bijoloġiku. Nemmen illi l-karattru tal-protagonist jista’ jiġi studjat minn perspettivi oħrajn, kemm psikoloġiċi, kif ukoll filosofiċi, u dawn is-suġġerimenti se nagħmilhom fil-konklużjoni. F’dan il-kapitlu wkoll użajt it-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud, u ħadt minn taħdita mhux ppubblikata ta’ Joseph Vella. Fl-appendiċi hemm intervista li saret bil-miktub ma’ Immanuel Mifsud, fil-fażi meta x-xogħol tat-teżi beda jiffinalizza ruħu u dan sar biex il-perspettivi tal-awtur ma jkollhomx impatt ikbar milli hemm bżonn fuq il-qari kritiku tiegħi ta’ Jutta Heim. Ilmistoqsijiet kienu kemm ġenerali, kif ukoll speċifiċi u xi wħud mit-tweġibiet interessanti ħafna t’Immanuel Mifsud intużaw kemm fit-tieni, kif ukoll fit-tielet kapitlu.","abstract_has_math":false,"creators":[],"institution":"University of Malta","degree_name":null,"degree_level":null,"degree_discipline":null,"degree_department":null,"school":null,"contributors":[],"advisors":[],"committee_chairs":[],"committee_members":[],"year":2017,"date_issued":"2017","date_published":"2017","updated_at":"2026-07-27T20:12:17Z","subjects":["Sex in literature","Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation","Mifsud, Immanuel, 1967- . Jutta Heim"],"languages":["mt"],"rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"rights_urls":[],"identifier_entries":[]},"links":{"outbound_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29919","outbound_label":"Repository record","outbound_source":"dc:identifier.uri"},"metadata_groups":[{"id":"academic_context","label":"Academic Context","entries":[{"key":"dc:date.accessioned","label":"Dc Date Accessioned","values":["2018-05-09T12:59:38Z"]},{"key":"dc:date.available","label":"Dc Date Available","values":["2018-05-09T12:59:38Z"]},{"key":"dc:date.issued","label":"Date","values":["2017"]},{"key":"dc:publisher.department","label":"Dc Publisher Department","values":["Faculty of Arts. Department of Maltese"]},{"key":"dc:publisher.institution","label":"Dc Publisher Institution","values":["University of Malta"]},{"key":"dc:type","label":"Dc Type","values":["bachelorThesis"]}]},{"id":"subjects_keywords","label":"Subjects and Keywords","entries":[{"key":"dc:subject","label":"Dc Subject","values":["Sex in literature","Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation","Mifsud, Immanuel, 1967- . Jutta Heim"]}]},{"id":"language_rights","label":"Language and Rights","entries":[{"key":"dc:language.iso","label":"Language (ISO)","values":["mt"]},{"key":"dc:rights","label":"Dc Rights","values":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"]}]},{"id":"identifiers","label":"Identifiers","entries":[{"key":"dc:identifier.uri","label":"Identifier URI","values":["https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29919"]}]},{"id":"additional","label":"Additional Metadata","entries":[{"key":"dc:description","label":"Description","values":["B.A.(HONS)MALTESE"]},{"key":"dc:description.abstract","label":"Abstract","values":["Din it-teżina tistħarreġ il-modi differenti kif jintwera s-sess fir-rumanz Jutta Heim, l-istrateġiji letterarji li jħaddem Immanuel Mifsud u l-effetti tagħhom. L-ossessjoni bis-sess li għandu l-protagonist, Erik Xerri, tiġi trażmessa permezz ta’ dawn l-għodod differenti. Fl-ewwel kapitlu tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar it-tema tas-sess fil-letteratura Maltija, lejn x’qalu l-estetisti Maltin li fil-qalba tad-diskors tagħhom iffokaw fuq il-ħażen u l-immoralità, fil-konfini tat-tradizzjoni u l-preċetti tar-reliġjon Kattolika. Il-kapitlu jistħarreġ studju ta’ Oliver Friggieri fuq kif kitbu l-poeti Romantiċi u Moderni, fosthom Mario Azzopardi, Dun Karm, Rużar Briffa, Victor Fenech, u Joe Friggieri. Il-poeti nisa ma jissemmewx. Minbarra l-istudju “Attitudnijiet Sesswali fil- Poeżija Maltija” ta’ Oliver Friggieri, tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb fil-proża fiżżewġ teżijiet tal-B.A (Unuri), “Is-Sess u l-Assenza Tiegħu fil-Proża Maltija” ta’ Melanie Schembri u “Is-Sesswalità fil-Proża Maltija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin” ta’ Jeanelle Azzopardi, li jittrattaw il-perjodu Romantiku, Modern u Kontemporanju. Peress li f’din it-teżi se nistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz ta’ Mifsud għaliex is-sess u l-ġisem ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, ħassejt li f’dan ilkapitlu kien xieraq li nagħti rendikont ta’ dak li qal Immanuel Mifsud fl-introduzzjoni tat-teżi tiegħu tad-dottorat, “Studju Dwar il-Ġisem u Xbihat Korporali fil-Poeżija Maltija.” Għażilt li niffoka fuq l-introduzzjoni għaliex tiġbor fiha r-riflessjonijiet ewlenin dwar dak li ntqal fuq il-ġisem. Il-kumplament tax-xogħol ta’ Mifsud niddiskutih filkapitli ta’ wara għaliex inħoss li hu iktar utli nuża l-informazzjoni li sibt f’din it-teżi biex insaħħaħ jew nibni argumenti fil-kapitli l-oħra. Barra minn hekk, iddedikajt taqsima dwar it-teżi ta’ Beverly Agius, “Id-Distakk fl-Intimità: il-Lirika ta’ Immanuel Mifsud,” u għażilt din it-teżi proprju għax tiddiskuti l-figura enigmatika tal-maħbuba li nħoss illi hija relevanti ħafna għal dak li jidher f’Jutta Heim u fil-figura illużiva tagħha stess, avolja Agius tittratta l-poeżija u tuża t-teoriji psikanalitiċi ta’ Sigmund Freud u Carl Jung. Minkejja li nkitbu ħafna xogħlijiet oħra dwar in-narrattiva ta’ Immanuel Mifsud ma stajtx niddiskutihom kollha għaliex it-tul ta’ din it-teżi ma jippermettix iżda l-ideat relevanti li sibt f’teżijiet oħrajn u li b’xi mod daħlu f’ideat li tkellimt dwarhom f’kapitli oħra rreferejt għalihom. It-tieni kapitlu ta’ din it-teżi jittratta r-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz Jutta Heim u fih jidhru l-perspettivi tal-protagonist Erik Xerri dwar x’inhu sabiħ u x’inhu ikrah. Is-sorsi primarji teoretiċi li ntużaw f’dan il-kapitlu kienu l-kotba ta’ Umberto Eco, On Beauty: A History of a Western Idea u On Ugliness, u t-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud li għenu biex inbnew argumenti, affermaw jew elaboraw argumenti li diġà kont stabilixxejt. Apparti t-trattament tal-ġisem sabiħ u l-ġisem ikrah, f’dan ilkapitlu ddedikajt taqsima lill-ġisem li jidher bħala identità jew mingħajr identità, u li lqrubija bejn żewġ karattri tidher li hija fiżika biss. It-tielet kapitlu jistħarreġ il-mument tas-sess, reali jew mixtieq, u l-atti talmasturbazzjoni. Barra minn hekk, hemm taqsima li tittratta l-perspettiva maskilista talprotagonist u oħra li tittratta l-waqgħa u l-falliment tiegħu. Għal dan il-kapitlu ntużaw teoriji multidixxiplinari għax suġġett wiesa’ bħalma hu s-sess, ma naħsibx li jista’ jiġi ttrattat minn perspettiva waħda. Fost it-teoriji li ntużaw, hemm dik femminista, b’mod speċjali The Second Sex ta’ Simone de Beauvoir u Sexual Politics ta’ Kate Millett, u xi artikli ta’ femministi oħra. Użajt ukoll żewġ kotba dwar il-psikoloġija tas-sesswalità, Human Sexuality Today ta’ Bruce M. King u The Psychology of Human Sexuality ta’ Justin J. Lehmiller. Madankollu jien ma dħaltx f’dettall meta ħadt miż-żewġ kotba tal-psikoloġija tas-sesswalità għax xi drabi ħassejt li iktar taw rendikont bijoloġiku. Nemmen illi l-karattru tal-protagonist jista’ jiġi studjat minn perspettivi oħrajn, kemm psikoloġiċi, kif ukoll filosofiċi, u dawn is-suġġerimenti se nagħmilhom fil-konklużjoni. F’dan il-kapitlu wkoll użajt it-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud, u ħadt minn taħdita mhux ppubblikata ta’ Joseph Vella. Fl-appendiċi hemm intervista li saret bil-miktub ma’ Immanuel Mifsud, fil-fażi meta x-xogħol tat-teżi beda jiffinalizza ruħu u dan sar biex il-perspettivi tal-awtur ma jkollhomx impatt ikbar milli hemm bżonn fuq il-qari kritiku tiegħi ta’ Jutta Heim. Ilmistoqsijiet kienu kemm ġenerali, kif ukoll speċifiċi u xi wħud mit-tweġibiet interessanti ħafna t’Immanuel Mifsud intużaw kemm fit-tieni, kif ukoll fit-tielet kapitlu."]},{"key":"dc:title","label":"Title","values":["Ir-rappreżentazzjoni tas-sess f’Jutta Heim ta’ Immanuel Mifsud"]}]}],"canonical_facts":{"dc:date.accessioned":["2018-05-09T12:59:38Z"],"dc:date.available":["2018-05-09T12:59:38Z"],"dc:date.issued":["2017"],"dc:description":["B.A.(HONS)MALTESE"],"dc:description.abstract":["Din it-teżina tistħarreġ il-modi differenti kif jintwera s-sess fir-rumanz Jutta Heim, l-istrateġiji letterarji li jħaddem Immanuel Mifsud u l-effetti tagħhom. L-ossessjoni bis-sess li għandu l-protagonist, Erik Xerri, tiġi trażmessa permezz ta’ dawn l-għodod differenti. Fl-ewwel kapitlu tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar it-tema tas-sess fil-letteratura Maltija, lejn x’qalu l-estetisti Maltin li fil-qalba tad-diskors tagħhom iffokaw fuq il-ħażen u l-immoralità, fil-konfini tat-tradizzjoni u l-preċetti tar-reliġjon Kattolika. Il-kapitlu jistħarreġ studju ta’ Oliver Friggieri fuq kif kitbu l-poeti Romantiċi u Moderni, fosthom Mario Azzopardi, Dun Karm, Rużar Briffa, Victor Fenech, u Joe Friggieri. Il-poeti nisa ma jissemmewx. Minbarra l-istudju “Attitudnijiet Sesswali fil- Poeżija Maltija” ta’ Oliver Friggieri, tingħata ħarsa kritika lejn dak li nkiteb fil-proża fiżżewġ teżijiet tal-B.A (Unuri), “Is-Sess u l-Assenza Tiegħu fil-Proża Maltija” ta’ Melanie Schembri u “Is-Sesswalità fil-Proża Maltija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin” ta’ Jeanelle Azzopardi, li jittrattaw il-perjodu Romantiku, Modern u Kontemporanju. Peress li f’din it-teżi se nistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz ta’ Mifsud għaliex is-sess u l-ġisem ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, ħassejt li f’dan ilkapitlu kien xieraq li nagħti rendikont ta’ dak li qal Immanuel Mifsud fl-introduzzjoni tat-teżi tiegħu tad-dottorat, “Studju Dwar il-Ġisem u Xbihat Korporali fil-Poeżija Maltija.” Għażilt li niffoka fuq l-introduzzjoni għaliex tiġbor fiha r-riflessjonijiet ewlenin dwar dak li ntqal fuq il-ġisem. Il-kumplament tax-xogħol ta’ Mifsud niddiskutih filkapitli ta’ wara għaliex inħoss li hu iktar utli nuża l-informazzjoni li sibt f’din it-teżi biex insaħħaħ jew nibni argumenti fil-kapitli l-oħra. Barra minn hekk, iddedikajt taqsima dwar it-teżi ta’ Beverly Agius, “Id-Distakk fl-Intimità: il-Lirika ta’ Immanuel Mifsud,” u għażilt din it-teżi proprju għax tiddiskuti l-figura enigmatika tal-maħbuba li nħoss illi hija relevanti ħafna għal dak li jidher f’Jutta Heim u fil-figura illużiva tagħha stess, avolja Agius tittratta l-poeżija u tuża t-teoriji psikanalitiċi ta’ Sigmund Freud u Carl Jung. Minkejja li nkitbu ħafna xogħlijiet oħra dwar in-narrattiva ta’ Immanuel Mifsud ma stajtx niddiskutihom kollha għaliex it-tul ta’ din it-teżi ma jippermettix iżda l-ideat relevanti li sibt f’teżijiet oħrajn u li b’xi mod daħlu f’ideat li tkellimt dwarhom f’kapitli oħra rreferejt għalihom. It-tieni kapitlu ta’ din it-teżi jittratta r-rappreżentazzjoni tal-ġisem fir-rumanz Jutta Heim u fih jidhru l-perspettivi tal-protagonist Erik Xerri dwar x’inhu sabiħ u x’inhu ikrah. Is-sorsi primarji teoretiċi li ntużaw f’dan il-kapitlu kienu l-kotba ta’ Umberto Eco, On Beauty: A History of a Western Idea u On Ugliness, u t-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud li għenu biex inbnew argumenti, affermaw jew elaboraw argumenti li diġà kont stabilixxejt. Apparti t-trattament tal-ġisem sabiħ u l-ġisem ikrah, f’dan ilkapitlu ddedikajt taqsima lill-ġisem li jidher bħala identità jew mingħajr identità, u li lqrubija bejn żewġ karattri tidher li hija fiżika biss. It-tielet kapitlu jistħarreġ il-mument tas-sess, reali jew mixtieq, u l-atti talmasturbazzjoni. Barra minn hekk, hemm taqsima li tittratta l-perspettiva maskilista talprotagonist u oħra li tittratta l-waqgħa u l-falliment tiegħu. Għal dan il-kapitlu ntużaw teoriji multidixxiplinari għax suġġett wiesa’ bħalma hu s-sess, ma naħsibx li jista’ jiġi ttrattat minn perspettiva waħda. Fost it-teoriji li ntużaw, hemm dik femminista, b’mod speċjali The Second Sex ta’ Simone de Beauvoir u Sexual Politics ta’ Kate Millett, u xi artikli ta’ femministi oħra. Użajt ukoll żewġ kotba dwar il-psikoloġija tas-sesswalità, Human Sexuality Today ta’ Bruce M. King u The Psychology of Human Sexuality ta’ Justin J. Lehmiller. Madankollu jien ma dħaltx f’dettall meta ħadt miż-żewġ kotba tal-psikoloġija tas-sesswalità għax xi drabi ħassejt li iktar taw rendikont bijoloġiku. Nemmen illi l-karattru tal-protagonist jista’ jiġi studjat minn perspettivi oħrajn, kemm psikoloġiċi, kif ukoll filosofiċi, u dawn is-suġġerimenti se nagħmilhom fil-konklużjoni. F’dan il-kapitlu wkoll użajt it-teżi tad-dottorat ta’ Immanuel Mifsud, u ħadt minn taħdita mhux ppubblikata ta’ Joseph Vella. Fl-appendiċi hemm intervista li saret bil-miktub ma’ Immanuel Mifsud, fil-fażi meta x-xogħol tat-teżi beda jiffinalizza ruħu u dan sar biex il-perspettivi tal-awtur ma jkollhomx impatt ikbar milli hemm bżonn fuq il-qari kritiku tiegħi ta’ Jutta Heim. Ilmistoqsijiet kienu kemm ġenerali, kif ukoll speċifiċi u xi wħud mit-tweġibiet interessanti ħafna t’Immanuel Mifsud intużaw kemm fit-tieni, kif ukoll fit-tielet kapitlu."],"dc:identifier.uri":["https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29919"],"dc:language.iso":["mt"],"dc:publisher.department":["Faculty of Arts. Department of Maltese"],"dc:publisher.institution":["University of Malta"],"dc:rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"dc:subject":["Sex in literature","Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation","Mifsud, Immanuel, 1967- . Jutta Heim"],"dc:title":["Ir-rappreżentazzjoni tas-sess f’Jutta Heim ta’ Immanuel Mifsud"],"dc:type":["bachelorThesis"]},"updated_at":"2026-07-27T20:12:17Z"}