{"id":{"repo_id":"malta","oai_identifier":"oai:www.um.edu.mt:123456789/10326"},"canonical_url":"https://search.dev.ndltd.org/etd/malta/oai:www.um.edu.mt:123456789/10326","repository":{"repo_id":"malta","name":"University of Malta","base_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar/oai/request"},"display":{"title":"Sottotitli bil-Malti ghall-film Fight Club (1999)","abstract":"F'din l-era ta' komunikazzjoni fil-massa li qed ngħixu fiha, is-sottotitli saru għodda neċessarja sabiex il-media xxandar il-messaġġ tagħha fuq medda iżjed wiesa'. F'Malta, it-traduzzjoni tas-sottotitli hija xi ħaġa ġdida u qatt ma rajnihom implementati ħlief f'ambjent akkademiku, bħal ma qed isir f‟din it-teżi. Għalhekk l-għan ewlieni ta‟ din it-teżi huwa li jiġi indirizzat dan in-nuqqas billi l-metodu ta‟ sottotitli jiġi implimentat f‟proġett fuq livell ta‟ kultura popolari, u żgur l-aqwa eżempju ta‟ dan huwa fuq livell ta‟ films. It-traduzzjoni ta‟ dawn is-sottotitli trid tkun waħda tajba ħafna biex it-traduttur, li f‟dan il-każ huwa l-istudent, twasslu għallgrad ta‟ Master fit-traduzzjoni. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta‟ din it-teżi huwa li titqajjem kuxjenza kollettiva dwar ilpotenzjal ta' dan il-mezz ta‟ komunikazzjoni miktub li huwa s-sottotitolazzjoni u r-riżultat pożittiv li dan jista' jġib miegħu meta wieħed jippromwovi l-lingwa tiegħu stess b'dan il-mod. Ir-raġuni għalfejn is-sottotitli bil-Malti m'humiex mezz tant komuni f'Malta jagħtiha DíazCintas li osserva li l-korrelazzjoni bejn l-eżistenza ta' forma ta' traduzzjoni tal-films (sottotitli jew iddabjar) u l-pajjiż li jużahom m'hijiex kemm hu sinjur il-pajjiż iżda l-kobor tiegħu. Il-film li ġie magħżul għat-traduzzjoni ta‟ din it-teżi jismu “Fight Club”. Dan hu film kontroversjali għall-aħħar li ħareġ fl-1999 u li hu meħud minn-novella tal-istess isem ta' Chuck Palahniuk. Illum, dan il-film huwa meqjus bħala “cult classic” u l-ġenerazzjoni żagħżugħa kollha ftit jew wisq taf bih. Dan il-film jittratta spettru vast ta' temi relevanti, fosthom il-materjaliżmu tas-soċjetà moderna, mard mentali, relazzjonijiet umani u nnikiliżmu. Minħabba l-kwadru psikoloġiku li jippreżenta dan il-film, jiġifieri li l-protagonista tal-film ikun individwu b‟żewġ personalitajiet distinti, joffri sitwazzjonijiet u sfidi differenti mill-aspett tat-traduzzjoni, speċjalment meta se jiġi tradott lejn il-Malti, li f‟dan il-każ hija lLingwa Mira (LM). Il-ħtieġa li t-traduttur ikun jaf b‟mod tajjeb ħafna n-nisġa tal-film hija bil-wisq essenzjali, u allura kienet naturali li l-ewwel saret riċerka intensiva dwar l-istorja talfilm, tan-novella oriġinali, biex it-traduttur seta‟ jifhem aħjar il-ħsieb tal-awtur dwar l-istorja u l-osservazzjoni ta' dettalji rqaq (kemm fil-film u kif ukoll fil-ktieb). Dan fisser ħafna sigħat ta' qari u studju intensiv tal-film qabel biss ma bdiet it-traduzzjoni. Fil-bidu, in-novella “Fight Club” ħarġet bħala storja qasira ta‟ seba‟ paġni li l-awtur kitibhom waqt wara nofsinhar monotonu. Il-kunċett kien li tinkiteb storja qasira li fihom ikun hemm sett ta‟ regoli li, skont l-istess awtur, setgħu jippermettulu li jiddeskrivi din ir-realta‟ tal-„Fight Club‟ lil hinn mir-realta‟ taż-żmien. L-ispirazzjoni għat-titlu tal-ktieb ġiet mill-fatt li fiż- żmien li l-awtur kien qed jikteb din l-istorja, kien hemm ħafna kotba b‟titli bħal “The Joy Luck Club”, “The Divine Secrets of the Ya-Ya Sisterhood” u “How to Make an American Quilt”. Dawn kienu kollha kotba li, skont Chuck Palahniuk, ippreżentaw mudell soċjali għannisa fejn kienu mistiedna biex ikunu flimkien, ipoġġu bilqiegħda, waqt li jaqsmu l-istejjer tagħhom ma‟ xulxin. Madankollu, l-awtur ma sab l-ebda ktieb li jippreżenta l-istess mudell, imma applikat għall-irġiel. Mudell bħal dan seta jagħti lill-irġiel struttura, rwoli, u regoli ta‟ logħba jew biċċa xogħol mingħajr wisq sentimentaliżmu. L-awtur jikteb li dan seta‟ ssejjaħ xi ħaġa mingħajr sens ta‟ theddida bħal “Barn-Raising Club” jew “Golf Club”, iżda l-isem “Fight Club” ippreferieh.","abstract_html":"F&#x27;din l-era ta&#x27; komunikazzjoni fil-massa li qed ngħixu fiha, is-sottotitli saru għodda neċessarja sabiex il-media xxandar il-messaġġ tagħha fuq medda iżjed wiesa&#x27;. F&#x27;Malta, it-traduzzjoni tas-sottotitli hija xi ħaġa ġdida u qatt ma rajnihom implementati ħlief f&#x27;ambjent akkademiku, bħal ma qed isir f‟din it-teżi. Għalhekk l-għan ewlieni ta‟ din it-teżi huwa li jiġi indirizzat dan in-nuqqas billi l-metodu ta‟ sottotitli jiġi implimentat f‟proġett fuq livell ta‟ kultura popolari, u żgur l-aqwa eżempju ta‟ dan huwa fuq livell ta‟ films. It-traduzzjoni ta‟ dawn is-sottotitli trid tkun waħda tajba ħafna biex it-traduttur, li f‟dan il-każ huwa l-istudent, twasslu għallgrad ta‟ Master fit-traduzzjoni. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta‟ din it-teżi huwa li titqajjem kuxjenza kollettiva dwar ilpotenzjal ta&#x27; dan il-mezz ta‟ komunikazzjoni miktub li huwa s-sottotitolazzjoni u r-riżultat pożittiv li dan jista&#x27; jġib miegħu meta wieħed jippromwovi l-lingwa tiegħu stess b&#x27;dan il-mod. Ir-raġuni għalfejn is-sottotitli bil-Malti m&#x27;humiex mezz tant komuni f&#x27;Malta jagħtiha DíazCintas li osserva li l-korrelazzjoni bejn l-eżistenza ta&#x27; forma ta&#x27; traduzzjoni tal-films (sottotitli jew iddabjar) u l-pajjiż li jużahom m&#x27;hijiex kemm hu sinjur il-pajjiż iżda l-kobor tiegħu. Il-film li ġie magħżul għat-traduzzjoni ta‟ din it-teżi jismu “Fight Club”. Dan hu film kontroversjali għall-aħħar li ħareġ fl-1999 u li hu meħud minn-novella tal-istess isem ta&#x27; Chuck Palahniuk. Illum, dan il-film huwa meqjus bħala “cult classic” u l-ġenerazzjoni żagħżugħa kollha ftit jew wisq taf bih. Dan il-film jittratta spettru vast ta&#x27; temi relevanti, fosthom il-materjaliżmu tas-soċjetà moderna, mard mentali, relazzjonijiet umani u nnikiliżmu. Minħabba l-kwadru psikoloġiku li jippreżenta dan il-film, jiġifieri li l-protagonista tal-film ikun individwu b‟żewġ personalitajiet distinti, joffri sitwazzjonijiet u sfidi differenti mill-aspett tat-traduzzjoni, speċjalment meta se jiġi tradott lejn il-Malti, li f‟dan il-każ hija lLingwa Mira (LM). Il-ħtieġa li t-traduttur ikun jaf b‟mod tajjeb ħafna n-nisġa tal-film hija bil-wisq essenzjali, u allura kienet naturali li l-ewwel saret riċerka intensiva dwar l-istorja talfilm, tan-novella oriġinali, biex it-traduttur seta‟ jifhem aħjar il-ħsieb tal-awtur dwar l-istorja u l-osservazzjoni ta&#x27; dettalji rqaq (kemm fil-film u kif ukoll fil-ktieb). Dan fisser ħafna sigħat ta&#x27; qari u studju intensiv tal-film qabel biss ma bdiet it-traduzzjoni. Fil-bidu, in-novella “Fight Club” ħarġet bħala storja qasira ta‟ seba‟ paġni li l-awtur kitibhom waqt wara nofsinhar monotonu. Il-kunċett kien li tinkiteb storja qasira li fihom ikun hemm sett ta‟ regoli li, skont l-istess awtur, setgħu jippermettulu li jiddeskrivi din ir-realta‟ tal-„Fight Club‟ lil hinn mir-realta‟ taż-żmien. L-ispirazzjoni għat-titlu tal-ktieb ġiet mill-fatt li fiż- żmien li l-awtur kien qed jikteb din l-istorja, kien hemm ħafna kotba b‟titli bħal “The Joy Luck Club”, “The Divine Secrets of the Ya-Ya Sisterhood” u “How to Make an American Quilt”. Dawn kienu kollha kotba li, skont Chuck Palahniuk, ippreżentaw mudell soċjali għannisa fejn kienu mistiedna biex ikunu flimkien, ipoġġu bilqiegħda, waqt li jaqsmu l-istejjer tagħhom ma‟ xulxin. Madankollu, l-awtur ma sab l-ebda ktieb li jippreżenta l-istess mudell, imma applikat għall-irġiel. Mudell bħal dan seta jagħti lill-irġiel struttura, rwoli, u regoli ta‟ logħba jew biċċa xogħol mingħajr wisq sentimentaliżmu. L-awtur jikteb li dan seta‟ ssejjaħ xi ħaġa mingħajr sens ta‟ theddida bħal “Barn-Raising Club” jew “Golf Club”, iżda l-isem “Fight Club” ippreferieh.","abstract_has_math":false,"creators":[],"institution":"University of Malta","degree_name":null,"degree_level":null,"degree_discipline":null,"degree_department":null,"school":null,"contributors":[],"advisors":[],"committee_chairs":[],"committee_members":[],"year":2013,"date_issued":"2013","date_published":"2013","updated_at":"2026-07-27T20:12:39Z","subjects":["Dubbing of motion pictures","Motion pictures -- Titling","Motion pictures -- Translating and interpreting","Fight Club (Motion picture)"],"languages":["mt"],"rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"rights_urls":[],"identifier_entries":[]},"links":{"outbound_url":"https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/10326","outbound_label":"Repository record","outbound_source":"dc:identifier.uri"},"metadata_groups":[{"id":"academic_context","label":"Academic Context","entries":[{"key":"dc:date.accessioned","label":"Dc Date Accessioned","values":["2016-05-04T10:24:42Z"]},{"key":"dc:date.available","label":"Dc Date Available","values":["2016-05-04T10:24:42Z"]},{"key":"dc:date.issued","label":"Date","values":["2013"]},{"key":"dc:publisher.department","label":"Dc Publisher Department","values":["Faculty of Arts. Department of Translation, Terminology & Interpreting Studies"]},{"key":"dc:publisher.institution","label":"Dc Publisher Institution","values":["University of Malta"]},{"key":"dc:type","label":"Dc Type","values":["masterThesis"]}]},{"id":"subjects_keywords","label":"Subjects and Keywords","entries":[{"key":"dc:subject","label":"Dc Subject","values":["Dubbing of motion pictures","Motion pictures -- Titling","Motion pictures -- Translating and interpreting","Fight Club (Motion picture)"]}]},{"id":"language_rights","label":"Language and Rights","entries":[{"key":"dc:language.iso","label":"Language (ISO)","values":["mt"]},{"key":"dc:rights","label":"Dc Rights","values":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"]}]},{"id":"identifiers","label":"Identifiers","entries":[{"key":"dc:identifier.uri","label":"Identifier URI","values":["https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/10326"]}]},{"id":"additional","label":"Additional Metadata","entries":[{"key":"dc:description","label":"Description","values":["M.A.TRANSLATION"]},{"key":"dc:description.abstract","label":"Abstract","values":["F'din l-era ta' komunikazzjoni fil-massa li qed ngħixu fiha, is-sottotitli saru għodda neċessarja sabiex il-media xxandar il-messaġġ tagħha fuq medda iżjed wiesa'. F'Malta, it-traduzzjoni tas-sottotitli hija xi ħaġa ġdida u qatt ma rajnihom implementati ħlief f'ambjent akkademiku, bħal ma qed isir f‟din it-teżi. Għalhekk l-għan ewlieni ta‟ din it-teżi huwa li jiġi indirizzat dan in-nuqqas billi l-metodu ta‟ sottotitli jiġi implimentat f‟proġett fuq livell ta‟ kultura popolari, u żgur l-aqwa eżempju ta‟ dan huwa fuq livell ta‟ films. It-traduzzjoni ta‟ dawn is-sottotitli trid tkun waħda tajba ħafna biex it-traduttur, li f‟dan il-każ huwa l-istudent, twasslu għallgrad ta‟ Master fit-traduzzjoni. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta‟ din it-teżi huwa li titqajjem kuxjenza kollettiva dwar ilpotenzjal ta' dan il-mezz ta‟ komunikazzjoni miktub li huwa s-sottotitolazzjoni u r-riżultat pożittiv li dan jista' jġib miegħu meta wieħed jippromwovi l-lingwa tiegħu stess b'dan il-mod. Ir-raġuni għalfejn is-sottotitli bil-Malti m'humiex mezz tant komuni f'Malta jagħtiha DíazCintas li osserva li l-korrelazzjoni bejn l-eżistenza ta' forma ta' traduzzjoni tal-films (sottotitli jew iddabjar) u l-pajjiż li jużahom m'hijiex kemm hu sinjur il-pajjiż iżda l-kobor tiegħu. Il-film li ġie magħżul għat-traduzzjoni ta‟ din it-teżi jismu “Fight Club”. Dan hu film kontroversjali għall-aħħar li ħareġ fl-1999 u li hu meħud minn-novella tal-istess isem ta' Chuck Palahniuk. Illum, dan il-film huwa meqjus bħala “cult classic” u l-ġenerazzjoni żagħżugħa kollha ftit jew wisq taf bih. Dan il-film jittratta spettru vast ta' temi relevanti, fosthom il-materjaliżmu tas-soċjetà moderna, mard mentali, relazzjonijiet umani u nnikiliżmu. Minħabba l-kwadru psikoloġiku li jippreżenta dan il-film, jiġifieri li l-protagonista tal-film ikun individwu b‟żewġ personalitajiet distinti, joffri sitwazzjonijiet u sfidi differenti mill-aspett tat-traduzzjoni, speċjalment meta se jiġi tradott lejn il-Malti, li f‟dan il-każ hija lLingwa Mira (LM). Il-ħtieġa li t-traduttur ikun jaf b‟mod tajjeb ħafna n-nisġa tal-film hija bil-wisq essenzjali, u allura kienet naturali li l-ewwel saret riċerka intensiva dwar l-istorja talfilm, tan-novella oriġinali, biex it-traduttur seta‟ jifhem aħjar il-ħsieb tal-awtur dwar l-istorja u l-osservazzjoni ta' dettalji rqaq (kemm fil-film u kif ukoll fil-ktieb). Dan fisser ħafna sigħat ta' qari u studju intensiv tal-film qabel biss ma bdiet it-traduzzjoni. Fil-bidu, in-novella “Fight Club” ħarġet bħala storja qasira ta‟ seba‟ paġni li l-awtur kitibhom waqt wara nofsinhar monotonu. Il-kunċett kien li tinkiteb storja qasira li fihom ikun hemm sett ta‟ regoli li, skont l-istess awtur, setgħu jippermettulu li jiddeskrivi din ir-realta‟ tal-„Fight Club‟ lil hinn mir-realta‟ taż-żmien. L-ispirazzjoni għat-titlu tal-ktieb ġiet mill-fatt li fiż- żmien li l-awtur kien qed jikteb din l-istorja, kien hemm ħafna kotba b‟titli bħal “The Joy Luck Club”, “The Divine Secrets of the Ya-Ya Sisterhood” u “How to Make an American Quilt”. Dawn kienu kollha kotba li, skont Chuck Palahniuk, ippreżentaw mudell soċjali għannisa fejn kienu mistiedna biex ikunu flimkien, ipoġġu bilqiegħda, waqt li jaqsmu l-istejjer tagħhom ma‟ xulxin. Madankollu, l-awtur ma sab l-ebda ktieb li jippreżenta l-istess mudell, imma applikat għall-irġiel. Mudell bħal dan seta jagħti lill-irġiel struttura, rwoli, u regoli ta‟ logħba jew biċċa xogħol mingħajr wisq sentimentaliżmu. L-awtur jikteb li dan seta‟ ssejjaħ xi ħaġa mingħajr sens ta‟ theddida bħal “Barn-Raising Club” jew “Golf Club”, iżda l-isem “Fight Club” ippreferieh."]},{"key":"dc:title","label":"Title","values":["Sottotitli bil-Malti ghall-film Fight Club (1999)"]}]}],"canonical_facts":{"dc:date.accessioned":["2016-05-04T10:24:42Z"],"dc:date.available":["2016-05-04T10:24:42Z"],"dc:date.issued":["2013"],"dc:description":["M.A.TRANSLATION"],"dc:description.abstract":["F'din l-era ta' komunikazzjoni fil-massa li qed ngħixu fiha, is-sottotitli saru għodda neċessarja sabiex il-media xxandar il-messaġġ tagħha fuq medda iżjed wiesa'. F'Malta, it-traduzzjoni tas-sottotitli hija xi ħaġa ġdida u qatt ma rajnihom implementati ħlief f'ambjent akkademiku, bħal ma qed isir f‟din it-teżi. Għalhekk l-għan ewlieni ta‟ din it-teżi huwa li jiġi indirizzat dan in-nuqqas billi l-metodu ta‟ sottotitli jiġi implimentat f‟proġett fuq livell ta‟ kultura popolari, u żgur l-aqwa eżempju ta‟ dan huwa fuq livell ta‟ films. It-traduzzjoni ta‟ dawn is-sottotitli trid tkun waħda tajba ħafna biex it-traduttur, li f‟dan il-każ huwa l-istudent, twasslu għallgrad ta‟ Master fit-traduzzjoni. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta‟ din it-teżi huwa li titqajjem kuxjenza kollettiva dwar ilpotenzjal ta' dan il-mezz ta‟ komunikazzjoni miktub li huwa s-sottotitolazzjoni u r-riżultat pożittiv li dan jista' jġib miegħu meta wieħed jippromwovi l-lingwa tiegħu stess b'dan il-mod. Ir-raġuni għalfejn is-sottotitli bil-Malti m'humiex mezz tant komuni f'Malta jagħtiha DíazCintas li osserva li l-korrelazzjoni bejn l-eżistenza ta' forma ta' traduzzjoni tal-films (sottotitli jew iddabjar) u l-pajjiż li jużahom m'hijiex kemm hu sinjur il-pajjiż iżda l-kobor tiegħu. Il-film li ġie magħżul għat-traduzzjoni ta‟ din it-teżi jismu “Fight Club”. Dan hu film kontroversjali għall-aħħar li ħareġ fl-1999 u li hu meħud minn-novella tal-istess isem ta' Chuck Palahniuk. Illum, dan il-film huwa meqjus bħala “cult classic” u l-ġenerazzjoni żagħżugħa kollha ftit jew wisq taf bih. Dan il-film jittratta spettru vast ta' temi relevanti, fosthom il-materjaliżmu tas-soċjetà moderna, mard mentali, relazzjonijiet umani u nnikiliżmu. Minħabba l-kwadru psikoloġiku li jippreżenta dan il-film, jiġifieri li l-protagonista tal-film ikun individwu b‟żewġ personalitajiet distinti, joffri sitwazzjonijiet u sfidi differenti mill-aspett tat-traduzzjoni, speċjalment meta se jiġi tradott lejn il-Malti, li f‟dan il-każ hija lLingwa Mira (LM). Il-ħtieġa li t-traduttur ikun jaf b‟mod tajjeb ħafna n-nisġa tal-film hija bil-wisq essenzjali, u allura kienet naturali li l-ewwel saret riċerka intensiva dwar l-istorja talfilm, tan-novella oriġinali, biex it-traduttur seta‟ jifhem aħjar il-ħsieb tal-awtur dwar l-istorja u l-osservazzjoni ta' dettalji rqaq (kemm fil-film u kif ukoll fil-ktieb). Dan fisser ħafna sigħat ta' qari u studju intensiv tal-film qabel biss ma bdiet it-traduzzjoni. Fil-bidu, in-novella “Fight Club” ħarġet bħala storja qasira ta‟ seba‟ paġni li l-awtur kitibhom waqt wara nofsinhar monotonu. Il-kunċett kien li tinkiteb storja qasira li fihom ikun hemm sett ta‟ regoli li, skont l-istess awtur, setgħu jippermettulu li jiddeskrivi din ir-realta‟ tal-„Fight Club‟ lil hinn mir-realta‟ taż-żmien. L-ispirazzjoni għat-titlu tal-ktieb ġiet mill-fatt li fiż- żmien li l-awtur kien qed jikteb din l-istorja, kien hemm ħafna kotba b‟titli bħal “The Joy Luck Club”, “The Divine Secrets of the Ya-Ya Sisterhood” u “How to Make an American Quilt”. Dawn kienu kollha kotba li, skont Chuck Palahniuk, ippreżentaw mudell soċjali għannisa fejn kienu mistiedna biex ikunu flimkien, ipoġġu bilqiegħda, waqt li jaqsmu l-istejjer tagħhom ma‟ xulxin. Madankollu, l-awtur ma sab l-ebda ktieb li jippreżenta l-istess mudell, imma applikat għall-irġiel. Mudell bħal dan seta jagħti lill-irġiel struttura, rwoli, u regoli ta‟ logħba jew biċċa xogħol mingħajr wisq sentimentaliżmu. L-awtur jikteb li dan seta‟ ssejjaħ xi ħaġa mingħajr sens ta‟ theddida bħal “Barn-Raising Club” jew “Golf Club”, iżda l-isem “Fight Club” ippreferieh."],"dc:identifier.uri":["https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/10326"],"dc:language.iso":["mt"],"dc:publisher.department":["Faculty of Arts. Department of Translation, Terminology & Interpreting Studies"],"dc:publisher.institution":["University of Malta"],"dc:rights":["info:eu-repo/semantics/restrictedAccess"],"dc:subject":["Dubbing of motion pictures","Motion pictures -- Titling","Motion pictures -- Translating and interpreting","Fight Club (Motion picture)"],"dc:title":["Sottotitli bil-Malti ghall-film Fight Club (1999)"],"dc:type":["masterThesis"]},"updated_at":"2026-07-27T20:12:39Z"}